Waqt li Robert Abela u l-Ministri kollha qegħdin l-MCAST tajjeb li niftakru…

Illum Robert Abela se jkun l-MCAST u l-laqgħa tal-kabinett tal-Ministri se ssir l-MCAST ukoll. L-MCAST u l-istaff tal-kulleġġ ukoll kellhom jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet serji ta’ Vitals u Steward Healthcare. Tajjeb li niftakru li fost il-wegħdiet, anzi l-ftehim li għamlu tal-Vitals u warajhom Steward Healthcare (SHC) mal-Gvern, jew aħjar mal-istat Malti hemm ftehim iffirmat f’Jannar tal-2017 li skontu Vitals kellhom:

  1. Jiffinanzjaw kors ġdid għall-infermiera BSc Nursing għall-ewwel tliet snin, li jsir l-MCAST imma bit-taħriġ, il-materjal, l-assessjar provduti minn Northumbria University ta’ Newcastle l-Ingilterra. Il-finanzjament kellu jkun ta’ 2 miljun Ewro, li kellu jinkludi apparat u riżorsi oħra. Dawn l-affarijiet iqumu l-flus, u mhux iż-żewġ miljun Ewro l-problema. Il-problema li Vitals/SHC ma ħallsux sold imġiddem. Ma żammewx mal-ftehim.
  2. Jipprovdu ‘nursing school’ fl-Isptar San Luqa minn fejn jopera l-kors BSc Nursing tal-MCAST/Northumbria University. Mill-ġurnali din in-‘nursing school’ kellha tkun lesta sal-aħħar tal-2017. Din ma waslet qatt, kellu jintuża spazju fl-MCAST minflok, li kieku setgħa jintuża għal affarijiet oħra.

Din hi silta minn rappurtaġġ fuq tvmnews.com fit-tlieta u għoxrin ta’ Settembru tal-2017:

Meanwhile, Vitals Global Heathcare is carrying out works so that the former Medical School at St Luke’s Hospital is turned into a nursing school. VGH Communications Director, Alessandra Pace said the building will consist of an administration wing; there will be a new area for physiotherapy; and the medical school which will be used as a nursing school, run by MCAST together with Northumbria University…The project is expected to be ready by the end of the year.

L-ispiża għal dan kollu minflok ħareġ mill-budget tal-MCAST. Dak li kellhom jagħtu lura Vitals/SHS lill-pajjiż anke fil-qasam tal-edukazzjoni baqa’ ma tfażżax, x’jimpurtahom! Investiment Amerikan qalulna….

Li kienet involuta Universita Ingliża fl-ewwel snin tal-kors kienet idea tajba. Il-ħlas tas-servizzi lil din l-universita jikkumpara tajjeb ma’ dak li kieku kellhom iħallsu studenti Ingliżi jew studenti li jistudjaw ir-Renju Unit għal korsijiet simili. Il-punt hu li Vitals/SHC ma żammewx mal-ftehim. Il-punt hu li l-flejjes minflok ħarġu mill-MCAST. Il-kors sejjer tajjeb. L-istudenti żdiedu sew. Għandna bżonnhom. Grazzi għal-lecturers.

Li hu żgur li l-istudenti infermiera u l-infermiera ġodda waslu fejn waslu żgur mhux grazzi għal Vitals u SHC, u lanqas għall-gvern li mid-dehra ma tantx insista biex dawn iż-żewġ miljuni u l-faċilitajiet imwegħda jsiru realta.

L-informazzjoni dwar x’iffirmaw u x’wegħdu Vitals tistgħu issibuha hawn:

The Malta Independent – Agreement signed between MCAST and Vitals Global Healthcare for new nursing degree programme

Maltatoday – Vitals Global Healthcare to finance nursing degree at MCAST

Northumbria University chosen to train nurses in Malta

Times of Malta – New nursing degree programme to begin in September


Posted

in

by

Tags:

Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *