Ejjew niftakru wkoll li suppost il-Vitals, biex taparsi jagħtu xi ħaġa lura lill-komunita kellhom jiffinanzjaw u jipprovdu r-riżorsi kollha inkluż il-bini f’San Luqa bħala nursing school u placements għall-kors tal-infermiera ta’ Northumbria University/MCAST.
Lanqas ċenteżmu ma’ ħarġu. Lanqas biċċa sodda, fardal, siringa jew banketta ma kkontribwew. Wisq anqas Steward.
Il-kors spiċċa iffinanzjat mill-istat, bħall-bqija tal-korsijiet. Forsi aħjar hekk, għax il-kultura Amerikana fis-servizzi tas-saħħa mhux ta’ min nikkontaminaw l-istudenti biha! Il-punt jibqa’ li kollox finta, anke fejn jidħlu l-istudenti, it-taħriġ u l-‘corporate social responsibility’ (ta’ għajnhom).
L-istorja fil-MaltaToday (16/01/2017): https://www.maltatoday.com.mt/news/national/73498/vitals_global_healthcare_to_finance_nursing_degree_at_mcast
Leave a Reply