Mela, mela, ‘very pleasant indeed’ qalb il-flyovers. Ambjent pjaċevoli ħafna Ministru ħi, prosit ta! Kink int ħi bħal Joseph! X’viżjoni! Xi gvern ta’ mħuħ kbar! Bħas-soltu jaħsbu li kulħadd tuba minn xi każin tal-partit ta’ Ħal Minsi.
Innutaw kif ‘spazji miftuħa’ tfisser ‘dak li jifdal’ bejn toroq mimlijin karozzi jarmu l-exhaust u t-trabijiet fini – dritt għal ġol-pulmuni tat-tfal jilgħabu litteralment taħt u manġenb arterja prinċipali. L-Imsida kienet u se tibqa’ l-aktar żoni perikolużi minħabba t-tniġġis kbir fl-arja.
Ir-realta tibqa’ li aktar toroq u flyovers ma jsolvu xejn, imma jżidu t-traffiku, u t-tniġġis. U bir-rispett kollu, min jippretendi li jgħaddi riħ f’pajjiż invażat karozzi jieħu paċenzja hux! Is-saħħa tagħna aktar importanti minnek. Għaliex għandna nonfqu l-miljuni kollox żejt fil-bażwa? irridu nidraw li l-prijorita jkunu verament in-nies, verament it-trasport pubbliku, u verament li ninċentivaw lil min irid juża mezzi nodfa ta’ trasport. Ħadd minna, la jien, la int, m’għandna xi dritt sagrosant ngħaddu minn fejn irridu, fi x’ħin irridu u nipparkjaw taħt sorm id-destinazzjoni tagħna. Din hija l-verita li jibżgħu jgħidulek – imma tibqa’ l-verita!
Naqra informazzjoni dwar l-effetti – did-darba mhux tad-dijossidu tal-karbonju fuq il-klima, iżda tat-trab fin fl-arja:
Leave a Reply