It-turiżmu, l-firien u l-ħmieġ

Minn żmien għal żmien ikun hemm stejjer fil-gazzetti dwar ħmieġ, dlik u skart speċjalment f’żoni turistiċi. Ir-realta hi li l-impatt tat-turiżmu fuq l-infrastruttura u s-servizzi – inkluż l-iskart huwa enormi – id-doppju tar-residenti permanenti/jew fit-tul f’Malta.

It-timesofmalta.com tirrapporta li l-firien saru problema f’żoni turistiċi minħabba sistema problematika tal-ġbir tal-iskart.

X’ġara bis-sistema tal-iskart? L-awtoritajiet għad għandhom mentalita li f’Malta u Għawdex il-lokalitajiet l-istess. Li dak li jaħdem f’Ħal Safi, fiż-Żurrieq, f’Ħal Lija u f’Ħ’Attard, jaħdem f’San Pawl il-Baħar, F’Tas-Sliema, fil-Gżira, f’San Ġiljan u fil-Mellieħa. Dak li jaħdem fl-Għarb u fl-Għasri mhux neċċessarjament jaħdem fir-Rabat Għawdex, u dak li ma jaħdimx fil-Belt Valletta jista’ jkun biżżejjed għal Santa Venera.

Għad hawn ukoll wisq negozji – minn barijiet li jimlew kull m’hemm imbarazz sa ristoranti li qegħdin jabbużaw mis-sistema tal-ġbir tal-iskart. Is-sistema hija BISS għar-residenti, hekk imsejjaħ ‘household waste’. Negozji jridu jqabbdu kollettur huma PRIVATAMENT u jħallsu tas-servizz. Iva jħallsu – għax ir-rimi tal-iskart tan-negozji huwa parti mill-ispiża, ir-running costs tan-negozju. Tgħiduli imma wieħed wieħed ma jagħmilx sens li tqabbad lil xi ħadd – skużi għalhekk hemm l-għaqdiet tan-negozji biex jaraw kif servizzi bħal dawn jistgħu jsiru kollettivament. Wasal iż-żmien ta’ infurzar b’multi ħorox, biex min ma jridx jifhem ikollu jħallas minn mnieħru. Bħalissa l-multi huma baxxi wisq, imma tal-anqas għandhom jibdew billi jinfurzaw naqra l-liġi preżenti!

Ma nistax nifhem kif l-infurzar isir minn l-ERA, li mhux armati biex ikunu effettivi fuq affarijiet ‘ta’ kuljum’. L-infurzar tal-ERA għandu jitħalla għal affarijiet aktar tekniċi, bħal tniġġis industrijali, fejn hemm bżonn nies speċjalizzati. L-infurzar ta’ kuljum irid isir mill-Pulizija jew gwardjani lokali (li iva wkoll iridu jitħarrġu) – jekk hemm bżonn ikollna verament pulizija lokali. Il-Pulizija tal-Komunita naħseb esperiment tajjeb ħafna. Niftakar snin ilu konna bħala AD ipproponejna ‘community policing’. Issa hemm bżonn li jinfurzaw liġijiet li jaffettwaw il-kwalita tal-ħajja fil-lokalitajiet.

U fl-aħħar għall-għerq tal-problema: it-turiżmu li minflok jikkontribwixxi għall-pajjiż qed ikun ta’ piż immens fuq l-infrastruttura. Mit-toroq, sat-trasport pubbliku. Mill-użu sfrenat tal-elettriku u tal-ilma, sal-iskart, il-ħmieġ u l-istorbju. Qatt ma nisimgħu fuq il-mitigazzjoni tal-effetti ta’ turiżmu massiċċ mill-MTA. Moġġhom fin-numri. Minflok awtorita pubblika qaddejja tal-pajjiż, tal-komunita u tan-nies spiċċat qaddejja tal-industrija. Hija entita oħra fejn jitfgħu lil ta’ ġewwa li għalihom ‘turiżmu’ jfisser biss numri, u attivitajiet xi kultant redikoli bħal xi Christmas Village ħamallata totali. Bħallikieku Malta hija destinazzjoni għall-‘villaġġi’ finta tal-Milied.

Għandna wisq sodod. M’hemmx post għal aktar. Għax xi ħaġa trendi ma jfissirx li għandna jkollna aktar u aktar minnha. Aktar u aktar turisti ifisser ħsara kbira. L-impatt negattiv – bl-ispejjeż jinġarru mill-pubbliku – tat-turiżmu bla rażan huwa magħruf u dokumentat sew.

Imma gvern wara ieħor dejjem ftaħru – bħat-tfal – bin-numri. Saħansitra rapport tad-Deloitte jgħid li biex jintlew s-sodod tal-lukandi (80% occupancy) għandna bżonn kważi 5 miljun turist fis-sena. Ġenn. Mela issa nħallu f’idejn l-MHRA ta… mhux hekk!

Dal-gvern, fl-għerf infinit tiegħu biddel il-liġijiet tal-ippjanar biex fost affarijiet oħra jħalli l-lukandi jżidu s-sulari. Meta fir-realta m’għandniex bżonn aktar lukandi. La f’Birkirkara u lanqas fil-postijiet tas-soltu. Sempliċi. M’għandhomx jingħataw aktar permessi. Sempliċi.

Lura għall-iskart u l-ħmieġ fiż-żoni turistiċi. Ovvju li hemm bżonn ħafna aktar tindif. Min se jħallas? Sempliċi. It-turist. It-turiżmu mhux xi servizżz soċjali u meta tkun turist – kif nagħmlu aħana stess meta nsiefru – għandna nħallsu tal-użu tal-infrastruttura. Il-prezz sħiħ tal-elettriku, u tal-ilma. M’għandu jkun hemm L-EBDA SUSSIDJU. Sussidju jfisser li l-prezz qed inħallsuh AĦNA mit-taxxi tagħna, minflok mit-turist. Għandi nissussidja l-vaganza ta’ xi ħadd? Ovvja li le.

L-istess l-ġbir, tindif, infurzar fejn jidħol l-iskart għandu jitħallas mit-turist. Diġa hemm ekokontribuzzjoni li tmur għand l-MTA biex ‘isebbħu żoni turistiċi’. Din il-kontribuzzjoni minflok tinħela mill-MTA għandha tinqasam bejn ir-reġjuni/Kunsilli Lokali porzjon skont id-daqs tal-lokalitajiet u porzjon skont in-numru ta’ turisti f’akkomodazzjoni turistika u attrazzjonijiet turistiċi fil-lokalitajiet. L-ammont ta’ kontribuzzjoni minn kull turist bħalissa huwa tad-daħk. 50 ċenteżmu kull lejl sa massimu ta’ 5 Ewro. B’min tridu titnejjku? l-ammont għandu l-ewwelnett ikun bla massimu – aktar ma ddum hawn aktar trid tħallas tas-servizzi u l-piż fuq l-infrastruttura. U 50 ċenteżmu huma tad-daħk. 2 Ewro kuljum kull persuna tagħmel aktar sens. Nistgħu niddiskutu kemm għandha tkun il-kontribuzzjoni – imma żgur mhux id-daħq fil-wiċċ ta’ bħalissa. Hekk jew b’hekk turisti u sodod innaqqsu għandna bżonn, żgur mhux inżidu.

Hemm diversi eżempji ta’ taxxi, per eżempju skont it-tip ta’ lukanda u l-eta tat-turist. Iva, taxxi, għax bħal ma aħna nħallsu taxxi għas-servizzi pubbliċi, anke min jiġi hawn bħala turist għandu jikkontribwixxi. Għax taxxa hija xi ħaġa tajba meta tintuża biex ikollna kwalita ta’ ħajja aħjar f’dal-pajjiż imdellek u maħmuġ. Hawn taħt għandkom issibu xi eżempji minn postijiet oħra mifqugħin turisti. Min jgħid li Malta ‘differenti’ – avolja mifqugħin turisti u lukandi – qed jammetti li Malta post ‘cheap’ u tal-qamel!

Tourist tax for Majorca, Ibiza, Menorca, Formentera (Balearic Islands)

The Balearic Islands has charged a tourist tax covering all islands on the archipelago – Majorca, Ibiza, Menorca and Formentera – since 2016, in a bid to make tourism more sustainable and preserve the environment.

The cost for each visitor is between €1-€4 per night depending on the type of accommodation they are staying in, with those in the most luxurious hotels paying the most.

Campers and those staying in hostels or lodgings pay €1 a day, cruise passengers (no matter the length of their visit) and those in budget hotels and apartments up to 3 stars pay €2, mid-range accommodation visitors pay €3, and luxury hotel guests pay €4 a day.

Rates more than halve during low season between November 1 and April 30.

They are: Hostel dwellers and campers pay 25 cents a day, cruise passengers and budget hotel and apartment guests up to 3 stars pay 50 cents, 3 star ‘superior’ and 4 star hotels charge 75 cents and 4 star ‘superior’ and five star luxury hotels charge €1.

Children under 16 are exempt. Those staying longer will have a 50% discount applied starting on the ninth day of staying at the same accommodation.

https://www.nimblefins.co.uk/Spain-tourist-tax-cost-majorca-barcelona-ibiza-benidorm#Balearic

Tourist tax for Barcelona

Barcelona charges visitors between €3.75 and €6.25 a night depending on the type of accommodation they are staying in.

Some of the money goes to the Catalonia region with the rest going to the city. The prices are due to go up steadily over the next few years as the city authority raises its fee. The first rise came into force on April 1 2023.

Currently, those in hotels and apartments up to four stars pay €5.50 a night. This goes up to €6.25 for those in five star hotels.

Housing for tourist use, such as Airbnb are charged €5 a night with other, lower-ranked establishments costing €3.75 a night.

Cruise passengers must pay €5.75 to enter the city, or €4.75 if spending more than 12 hours there.

From April 1 2024, the Barcelona city surcharge will increase again by 50 cents a night.

Children under 16 are exempt from the tourist tax in Barcelona.

https://www.nimblefins.co.uk/Spain-tourist-tax-cost-majorca-barcelona-ibiza-benidorm#Balearic
https://www.amsterdam.nl/en/municipal-taxes/tourist-tax-(toeristenbelasting)/
https://asprinkleofitaly.com/tourist-tax-in-italy-the-2021-full-and-complete-guide-with-all-rates/?utm_content=cmp-true
https://asprinkleofitaly.com/tourist-tax-in-italy-the-2021-full-and-complete-guide-with-all-rates/?utm_content=cmp-true

Posted

in

by

Tags:

Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *