Ilum deher artiklu ta’ Carmel Cacopardo fl-Independent li fost affarijiet oħra fih jgħid li s-sussidji fuq l-elettriku għandhom ikunu fuq konsum essenzjali biss. Min juża aktar milli huwa ġust u essenzjali għandu jħallas il-prezz sħiħ tiegħu. Dan ovvjament għax jagħmle sens li dak li jiddeċiedi li jaħli ma nibilgħux il-kont tiegħu aħna. Imma fi storja jew aħbar fuq sit tal-ONE, l-kap tal-aħbarijiet Sandro Mangion iddeċieda li jigdeb u jimmanipula l-kontenut tal-artiklu b’mod patetiku.
Ta’ min jgħid li Sandro Mangion diġa injora diversi konferenzi stampa tagħna anke dwar dan l-istess suġġett. Ovvjament peress li Sandro Mangion u sħabu tal-ONE għandhom mentalita bażwija u ċuċeska iddeċiedew li jsemmu lill-PN, u qalu li ADPD ‘jingħaqad mal-PN kontra l-għajnuna fl-enerġija’. Trid tkun giddieb u manipulatur jew xi ċuċ ma tafx taqra sew biex taqleb kollox ta’ taħt fuq. Il-problema li l-bċieċen iffissati li jaraw ONE News jew jaqraw is-sit tagħhom online tista’ titmagħhom kollox, inkluż il-gideb ta’ Sandro Mangion.
Filfatt ilna żmien li għidna li sussidju lis-sinjuri u lil min jaħli ma’ jagħmilx sens. Dwar l-enerġija xbajna nikkritikaw lill-gvernijiet Nazzjonalisti, kif min mhux ċuċ jaf sew. Dwar l-enerġija l-PL baqa’ bil-politika tal-PN li jipposponi. Biex ma nsemmux is-suċċessun ta’ delinkwenti bħal Konrad Mizzi, il-‘kandidat stilla’. Għax fil-verità qegħdin fiex qegħdin għax ma hemmx pjan għat-tranżizzjoni malajr kemm jista’ jkun lejn sorsi nodfa ta’ elettriku iġġenerat Malta stess. Tranżizzjoni li anke tiġġenera xogħol ta’ kwalita.
Imma għal Sandro Mangion u t-taparsi ‘ġurnalisti’ l-importanti li jimmanipulaw u jigdbu. Jew inkella injuranti wisq u mhux kapaċi jaqraw, għax ma jiswewx karlin. Xogħolhom li jilgħaqu. Il-politika tal-PL u ta’ Robert Abela fl-enerġija taġevola nies sinjuruni bħalhom, imma ċ-ċwieċ iċapċpulhom għax ‘il-partit tal-ħaddiema’. Ma tistax ma tikkonkludix li trid tkun ċuċ biex temmen manipulaturi u giddieba bħall-ONE ta’ Sandro Magion u tas-sidien politiċi tiegħu.
Leave a Reply