Fil-Kumitati Parlamentari tal-Parlament Ewropew, il-Grupp tal-PPE, dak li fih hemm l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista, għamlu l-bsaten fir-roti biex jimminaw liġi biex tipproteġi żoni naturali iddegradati. Qegħdin jifthemu mal-lemin-estrem u dawk in-neoliberali li favur li s-suq isuq biex iħallu l-qerda tkompli.
Ftit li xejn qrajna dwar dan fl-istampa, ħlief artiklu fil-Maltatoday ta’ Matthew Vella, u opinjoni ta’ Carmel Cacopardo fl-Independent u fl-Illum.
Araw naqra l-istat ħażin tan-natura – mill-abitati naturali, sal-flora u l-fawna – fl-Unjoni Ewropea.
Skont il-Kunsill tal-UE (iġifieri l-Ministri tal-istati membri responsabbli għas-settur):
Il-Kunsill qabel li l-istati membri għandhom jistabbilixxu miżuri ta’ restawr li sal-2030 iġibu f’kundizzjoni tajba mill-inqas 30% tal-ħabitats fl-ekosistemi terrestri, kostali, tal-ilma ħelu u tal-baħar li bħalissa mhumiex f’kundizzjoni tajba. Dan ikun japplika għal mill-inqas 30% tal-wiċċ totali tat-tipi ta’ ħabitats li jitqiesu li mhumiex f’kundizzjoni tajba, u mhux tal-wiċċ ta’ kull grupp ta’ ħabitats, kif propost inizjalment mill-Kummissjoni.
Madankollu, l-istati membri għandhom jistabbilixxu miżuri ta’ restawr fuq mill-inqas 60% sal-2040 u fuq mill-inqas 90% sal-2050 tal-wiċċ ta’ kull grupp ta’ ħabitats li ma jkunx f’kundizzjoni tajba.
L-istati membri żiedu eċċezzjoni għaż-żoni tal-baħar li għandhom ħabitat ta’ sediment artab. Għas-sedimenti rotob, l-istati membri ser ikunu jistgħu japplikaw perċentwal aktar baxx għall-miri u l-mira tal-2030 ma tapplikax.
Sors u aktar informazzjoni: https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2023/06/20/council-reaches-agreement-on-the-nature-restoration-law/
Il-Partit Popolari Ewropew – tal-anqas fil-Kumitati Parlamentari, flimkien mas-soltu neoliberali u tal-lemin-estem huma kontra r-restawr ambjentali ta’ 30% ta’ żoni naturali biss! Aħseb u ara kieku 100% taż-żoni, kif għandu jkun, jiġu rijabilitati!
Issa jmiss li fl-Lulju l-Plenarja tal-Parlament Ewropew, iġifieri l-Parlament sħiħ, jivvota fuq din il-liġi. Issa naraw kemm mill-Membri Parlamentari Ewropej taċ-ċentru-lemin (li aktar ma jmur aktar qed isiru estremisti favur il-big business u kontra l-interessi vera tan-nies) se jaqblu mal-pożizzjoni tal-President tal-Grupp Manfred Weber, iġifieri dik tal-estremiżmu, jew inkella hux se jkun hemm numru mdaqqas li jieqfulu. Ta’ min jgħid li dan Weber, konservattiv mill-Bavarja, qed jimpika ma’ Ursula von der Leyen (il-President tal-Kummissjoni Ewropea) li ukoll ġejja mill-PPE, imma ħaditlu s-‘siġġu’ li kien qed jippretendi, dak ta’ President Kummissarju.
Il-manivri ta’ Manfred Weber mhux qed jintgħoġbu minn kulħadd fil-PPE. X’għandhom xi jgħidu Casa u Metsola? Se joħoġu xi stqarrija l-PN? Jaqblu ma’ Manfred Weber li qed jagħmel patti mal-lemin estrem? Kif se jivvotaw fil-plenarja tal-Parlament Ewropew?
Appoġġ għal-liġi dwar ir-restawr tan-natura:
https://www.euractiv.com/section/climate-environment/opinion/we-cannot-move-forward-with-business-as-usual-for-nature/: Il-PPE u l-lemin estrem kontra n-natura
Leave a Reply