Edukazzjoni għall-benesseri u l-iżvilupp uman

L-abbozz tal-istrateġija għall-edukazzjoni avvanzata u ogħla 2022-2030 jagħmel sunt tal-istat tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla f’Malta. Filwaqt li kien hemm titjib sostanzjali fin-numru ta’ persuni li jagħżlu li jkomplu l-edukazzjoni tagħhom wara l-età obbligatorja, u filwaqt li nifmhu li l-istrateġija hija mmirata lejn l-edukazzjoni avvanzata u ogħla ma nistgħux ma nenfasizzawx li hija filfatt l-edukazzjoni bikrija, primarja u sekondarja li tħoll u torbot, li tissoċjalizza u tnibbet fit-tfal u ż-żgħażagħ l-kurżità, il-gost fit-tagħlim, u l-interess fis-soċjetà u fid-dinja ta’ madwarhom.

Inħossu li l-punt tat-tluq, emfassizzat fl-abbozz huwa repetutament l-allinejament tal-edukazzjoni mal-interessi ekonomiċi, minflok mal-allinejament tal-ekonomija mal-interessi u l-ġid tas-soċjetà. Nifmhu li huwa diffiċli għal pajjiż żgħir li b’xi mod jaffettwa l-ekonomija globali, iżda nemmnu li edukazzjoni bikrija, primarja u sekondarja, u anke dik avvanzata u ogħla iffukata fuq l-iżvilupp uman tgħin biex tkun l-ekonomija li tintagħġen madwar il-ħiliet fil-pajjiż, u mhux bil-kontra.

Nipproponu wkoll li għandu jkun hemm strateġija u diskussjoni fil-fond, li torbot aktar flimkien is-saffi kollha tal-edukazzjoni, edukazzjoni għall-ħajja, għal parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà, u għall-gost tat-tagħlim fih innifsu. L-istrateġija tagħmel aċċenn għal dan, iżda mbagħad l-prinċipji elenkati jerġgħu jiffukaw fuq l-interessi kważi esklussivament ekonomiċi.

Aqra d-dokument sħiħ li issottomettejt lil Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA), f’isem ADPD – The Green Party aktar kmieni dis-sena.


Posted

in

by

Tags:

Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *