Meta xi ħadd jippreżenta ruħu bħala xi Messija jew salvatur. Meta xi ħadd ‘kariżmatiku’ u kapaċi fir-retorika u l-clichés. Meta xi ħadd jgħid li se jsolvi kollox għax hu ‘l-mexxej’, xi Napuljun li kollox hu, u hu biss, ftakar li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jkun l-akbar ĦAXXEJ.
Minflok kellna ħafna li lagħqu kemm felħu. Għandna ħafna li jaraw dak li jissejjaħ ‘strongman’ jew ‘stabilità’ finta – iġifieri li persuna waħda tieħu d-deċiżjonijiet kollha hi bħala xi ħaġa tajba. Din hija l-attitudni ta’ ħafna nies li sfortunatament ma jagħrfux li l-konċentrazzjoni ta’ poter f’Prim Ministru twassal għal, jew deċiżjonijiet ħżiena, jew nepotiżmu jew inkella korruzzjoni fl-għola livelli.
Biex ma nsemmux dawk li dawwar ruħu bihom Joseph Muscat – businessmen tipo Keith Schembri, u ‘star candidates’ bħal Konrad Mizzi. Stillel ta’ vera hux!? L-aqwa li ‘nirbħu’ u allura peress li ‘tirbaħ’ huwa ‘tajjeb’ mela dawn in-nies ‘tajbin’. Din hija narattiva li tmexxi ċertu media wkoll – speċjalment dik tal-clickbaits ħabba gozz.
Napuljoniżmu jew Bonapartiżmu – il-kult tal-ħaxxej/mexxej. Is-sistema Maltija.
Leave a Reply